CHORDS SCORE MP3 |
161. Ġesù Kristu
Ġesù Kristu hu l-ħabib;
Ersaq aktar ħdejh fil-qrib,
La tgħoddx ruħek mal-ħatjin,
Kristu ma’ kulħadd ħanin.
Jekk f’idejk għandek iż-żmien,
Isa ħares kollox ward u żahar.
Rit:
Jekk trid taf min hu Ġesù;
Ara sewwa x’qallek hu:
“Jien il-ħajja, is-sewwa, t-triq,
Ejja għandi jekk trid tfiq”.
Jekk trid taf fejn hu Ġesù;
Fittex sew u ssibu żgur;
Basta jkollok fidi fih,
Il-qalb tiegħek fih tistrieħ.
Ġesù Kristu hu l-Mulej;
Tiegħek u tiegħi mexxej.
Ġesù Kristu l-ferħ jagħtik,
Dejjem jibqa’ jaħseb fik.
Mal-fqir, l-għani, mal-batut;
F’min ikun qiegħed imut,
Ma’ kulħadd kullimkien,
Nara ’l Kristu tul iż-żmien. Rit: |
P.Ġorġ Zammit OFM Conv.
|
| |
Website: www.iktusmalta.org Copyright: Copyright