CHORDS SCORE PPT Video |
166. Ġesù tiegħi
Ġesù tiegħi rasek l-għażiża
Min niggiżlek b’dak ix-xewk?
Rit:
Kienu ’l ħafna dnubiet tiegħi
Ġesù twajjeb, aħfer u ħenn.
Ġesù tiegħi, min kellu l-ħila
Jerfa’ idu fuq ħaddejk? Rit:
Ġesù tiegħi, ġismek imqaddes
Min bla ħniena ħaqar sħiħ? Rit:
Ġesù tiegħi, min mar għabbielek
Salib aħrax fuq spallejk? Rit:
Ġesù tiegħi, idejk min nifed
B’dawk l-imsiemer tal-ħadid? Rit:
Ġesù tiegħi, riġlejk min sammar
Qalbu iebsa bla ma jħenn? Rit:
Ġesù tiegħi, min dik il-mirra
Ġie jressaqlek ma’ xofftejk? Rit:
Ġesù tiegħi, min għal mewt bagħtek
Biex tinfena fuq salib? Rit:
Ġesù tiegħi, qalbek imqaddsa
Min bil-lanza jinfed mar? Rit:
|
|
| |
Website: www.iktusmalta.org Copyright: Copyright