Chords
CHORDS
 
Scores
SCORE
 

170. Għal għonq it-triq

Rit:
Miexja lkoll għal għonq it-triq
Imsaħħin minn kelmtek,
O Feddej
Ngħixu bik u nikbru fik,
Ibqa’ magħna, Mulej Ġesù.

Kelmtek ħajja dawl għalina,
Għal riġlejna musbieħ jiddi
Meta miexja f’triq mudlama,
Ma nafux lejn fejn sejrin. Rit:

Kelmtek ħajja faraġ tagħna,
Iddewwilna qalbna mnikkta,
Tnissel fina raġġ ta’ tama
Biex flimkien inkomplu t-triq. Rit:

Kelmtek ħajja nar għalina,
Issaffina minn ħtijietna,
Tħeġġeġ fina ’l qalbna bierda
Biex nagħrfuk, biex inħobbuk. Rit:

© B. Bartolini, L. Scaglianti & M. Landri
Addattata mill-originali '"L'uomo va" minn Dun Mikiel Galea

 


Website: www.iktusmalta.org Copyright: Copyright