SCORE |
171. Għalenija ngħannu nfaħħru
Għalenija ngħannu, nfaħħru,
Ħajr irroddu ’l ogħla Sid;
B’kelmtu dawwal triqtna mdallma,
Moħħna saħħaħ fit-twemmin,
Tema’ ’l ruħna b’Ġisem Ibnu,
Tagħna r-rieda bih tqawwiet:
Ejja nxandru mħabbtu lejna,
Ej’ nitqaddsu bla waqfien.
Ħajr tassew dan jogħġbu bosta;
Barkiet lilna jġib bil-kotra.
|
P. Alfons M. Sammut OFM Conv. & Dun Karm Scerri
|
| |
Website: www.iktusmalta.org Copyright: Copyright