Chords
CHORDS
 

174. Għanja ġdida

Għanni għanja ġdida lill-Mulej ħallieq
Fil-ġemgħa tal-ħbieb tiegħek
It-tifħir agħtih
Faħħru u biż-żfin

L-isem tiegħu agħti ġieħ
Jissebbaħ Hu
Li fuq kull ħaġa kien rebbieħ

Rit:
Għanni għanja ġdida lill-Mulej,
Għanja ġdida lill-Mulej
Għanni għanja ġdida lill-Mulej,
Għanja ġdida lill-Mulej. x2

Bil-glorja nithennew
U naqbżu lkoll bil-ferħ
Għax f’qalbna nissel l-hena,
Fina hemm kull serħ

Kull jum hu ġdid jekk ’l Alla trid
Jekk f’Alla tgħix
Għanja ġdida tlissen f’qalbek
Ġdid il-kliem li tgħid. Rit:

Kull ħolqien hu ġdid,
Mibdi mill-Mulej
Kull mument hu ġdid
Min jibqa’ fil-Mulej. Rit:

Fr. Karm Debattista mssp © 2004 Karm Debattista mssp

 

 

Tema

Varji

Website: www.iktusmalta.org Copyright: Copyright