CHORDS SCORE Video |
176. Għanja ta’ radd il-ħajr
Imnebbaħ mill-abjad li jiksi l-ward,
Fuq fommi l-kant ħelu bla qatra ta’ mrar,
Bħal David nixtieq li minn qalbi nkanta
B’ferħ kbir dik il-għanja
Li toħroġ minn qalbna.
Rit:
Ejjew nidħlu
B’għana ta’ radd il-ħajr
Ngħannulu b’għajjat ta’ ferħ,
B’għajjat ta’ ferħ.
O, o, o, ah, o, o, o, ah!
Ħa nidħlu quddiemek inċapċpu idejna
U nxandru bil-ferħ is-salib li bih fdejtna
Kien dak is-salib illi ħafer kull ħtija
Biex b’hekk imħabbtek
Tidher kollha dija. Rit: |
Daniel Borg & Pamela Bezzina
|
| Waqt LiturġikuDħul Żmien LiturġikuGħid |
Website: www.iktusmalta.org Copyright: Copyright