CHORDS SCORE PPT |
18. Alla hu d-dawl
Rit:
Alla hu d-dawl, Hu d-dawl
U s-salvazzjoni tiegħi x2
Ħa nidħlu bil-ferħ ħdejn Alla l-Missier
Li lilna jsejħilna ulied.
Ħa nidħlu bil-ferħ ma’ Kristu Ġesù
Għax b’dawlu jiksina hu ried.
Hu l-ferħ ta’ qlubna; Hu l-ferħ ta’ ruħna
U dawlu jfawwarna bil-hena. Rit:
Ħa nidħlu bil-ferħ
Biex nagħrfu mill-ġdid
Imħabbtu għalina l-bnedmin.
Ħa nidħlu bil-ferħ ma’ Kristu Ġesù
Marbuta ma’ qalbu henjin.
Hu r-re tal-glorja; Hu r-re tal-qawwa
Li jgħammar ġo dija li tgħammex. Rit:
Ħa nidħlu bil-ferħ għax konna msejħin
Biex ninżgħu għemejjel id-dlam.
Ħa nidħlu bil-ferħ nifirħu b’ Ġesù
Għax rebaħ lill-mewt u qam.
Hu d-dawl tad-dinja;
Hu d-dawl tal-bniedem
Li jinfed id-dalma tal-ħażen. Rit: |
Brenton Brown & Glenn Robertson © 1998
Vineyard Songs (UK/Eire) (PRS)
|
| Waqt LiturġikuDħul Żmien LiturġikuRandan |
Website: www.iktusmalta.org Copyright: Copyright