Rit:
Glorja ’l Alla fil-għoli tas-sema,
U paċi f’din l-art
Lill-bnedmin ta’ rieda tajba
Infaħħruk, inberkuk, nadurawk,
Nagħtuk ġieħ u nroddulek il-ħajr
Għall-glorja kbira tiegħek.
Mulej Alla, sultan tas-sema,
Missier li tista’ kollox
Mulej, Iben waħdieni,
Ġesù Kristu. Rit:
Mulej Alla, il-Ħaruf t’Alla, Bin il-Missier
Int li tneħħi, id-dnubiet tad-dinja,
Int ħenn għalina. Rit:
Int li tneħħi, d-dnubiet tad-dinja,
Ilqa’ t-talb tagħna
Int li qiegħed fil-lemin tal-Missier,
Int ħenn għalina. Rit:
Għaliex int waħdek qaddis,
Int waħdek Mulej, int waħdek l-għoli
Ġesù Kristu, mal-Ispirtu s-Santu,
Fil-glorja tal-Missier Alla Rit:
Ammen, Ammen.
|