Chords
CHORDS
 

191. Ġo Nażaret

Miġbura f’darek ġo Nażaret
Smajt min ikellmek, ma tafx min kien.
“Sliem o Marija, miegħek il-Mulej.
Mimlija grazzja, int se ssir omm.”

Rit:
Ave Marija, Ave Marija,
Ave Marija, Ave!

Ma nistax nifhem kif se jseħħ dan:
La jiena verġni, kif insir omm?
‘Il-qawwa t’Alla iddellel fuqek’
Ħa jsir, o Alla, dak li trid Int’. Rit:

Ġewwa kamartek hemm f’Nażaret
Għajnejk dlonk tiftaħ, l-anġlu mhux hemm
‘O Spirtu Santu, mexxini Int,
Sabiex innissel is-Salvatur’. Rit:

Ifraħ Marija, miegħek il-Mulej.
Tkellem Marija, il-Verb ġie fik.
FiH għix Marija, Huwa jgħix ġo fik.
U s-salvazzjoni ksibna mill-ġdid. Rit:

Giosy Cento Addattata għall-Malti mill-oriġinali "A Nazaret"
minn Victoria Camilleri

 

Tema

Marjani

Website: www.iktusmalta.org Copyright: Copyright