202. Ħaġa waħda jien tlabt lill-Mulej

Rit:
Ħaġa waħda jien tlabt lill-Mulej
Ħaġa waħda jien tlabt lill-Mulej
Għal din ħerqan
Li ngħammar f’dar Alla l-ħaj
Kull waqt ta’ kuljum
Għal kemm ħajti ddum.

Urini Mulej it-triq
Mexxini minn mogħdija dritta
U la titlaqnix qalb il-kefrin
Għaliex fik biss nittama. Rit:

Jaħbini l-Mulej fil-kenn
Jostorni mill-għedewwa tiegħi
Iqegħedni fuq blata mill-għoljin
Għalhekk bih jien imkabbar. Rit:

Jien żgur li għad nara d-dawl
U t-tjieba t’Alla matul ħajti
Tibżax, qawwi qalbek fil-Mulej
U għannilu bil-ferħ. Rit:

 

 

Waqt Liturġiku

Għeluq
 

Tema

Varji

Website: www.iktusmalta.org Copyright: Copyright