207. Ħalli 'l qalbi tkun it-tempju

Ħalli ’l qalbi tkun it-tempju tal-Ispirtu
Biex f’tgħanniqa għażiża ruħi tistrieħ fik
Inkun għalik għamara ta’ qdusija
Fejn ġo fija Int l-għaxqa ssib.

Rit:
Għatxan li nara l-glorja tiegħek
Quddiemek noffri
Sagrifiċċju ta’ tifħir
Imla int Mulej,
Lil dat-tempju bik mill-ġdid.

Jim Cernero © 1991 Jim Cernero Addattata għall-Malti
minn Andrew Cauchi u Martin Fenech

 

Tema

Tifħir

Website: www.iktusmalta.org Copyright: Copyright