Available from KDZ office
SCORE
 

208. Ħallina Mulej

Ħallina, Mulej, nersqu qribek,
Qalbna niftħu mal-akbar ħabib,
Għax il-faraġ fittixna u fik sibna
Serħ għal qlubna u hena bla qies.

Ma’ ħuti magħqud
Noffrilek Ġesù,
L-imgħoddi, l-ġejjieni
Bl-imrar u l-ħlewwiet.

Weżinna, Mulej, b’qawwet driegħek,
Ħa nogħġbuk, nagħmlu biss dak li trid;
Din tar-rieda hi d-debħa, ta’ moħħna;
Ta mħabbitna ix-xhieda f’kull żmien.

Ma’ ħuti magħqud
Nitolbok Ġesù,
Ibdilna lkoll fik
Bħall-ħobż u l-inbid

Dun Karm Scerri u P. Alfons Sammut ofm. Conv.

 

Waqt Liturġiku

Tqarbin
 

Tema

Qima

Website: www.iktusmalta.org Copyright: Copyright