Ħares xi qtajja’, mara sabiħa
Lilek inqimu, kollha ferrieħa!
Jien f’riġlejk magħhom
B’ferħ kbir ġo fija,
O Verġni Mqaddsa,
Itlob għalija!
Kenn għall-midinba, qalbek ħanina,
O Xebba Mbierka, kemm tħoss għalina!
B’faraġ u grazzji, qalbek mimlija,
O Verġni Mqaddsa,
Itlob għalija!
F’dal-wied tan-niket
Tad-dnub, tad-dwejjaq,
Ir-ruħ u l-ġisem, tfarraġ u tfejjaq,
Lejk kulħadd jersaq, Ħelwa Marija,
O Verġni Mqaddsa,
Itlob għalija!
Nebħ il-baħħara, kewkba mixtieqa
Għam it-triq tajba,
Fuq l-ibħra għammieqa
Wassalni Inti, f’post it-Tgawdija,
O Verġni Mqaddsa,
Itlob għalija!
Il-ħarsa tiegħek, inħossha benna,
Sbejħa Sultana, għaxqa tal-ġenna,
Xejn oħra minnek, kollox tjubija,
O Verġni Mqaddsa,
Itlob għalija!
Ħniena minn ruħi, Omm ħelwa tiegħi,
Kunli għajnuna, u ieqaf miegħi
L-aktar fis-siegħa, tal-agunija.
O Verġni Mqaddsa,
Itlob għalija! |