|
213. Hawn jien Mulej ġej biex agħmel ir-rieda tiegħek
F’idejk Missier nintelaq jiena
Agħmel minni dak li jogħġbok
Dak li tixtieq
Niżżik ħajr għal dak kollu li tagħmel bija
Jiena lest biex f’kollox
Inkun qaddej dejjem fidil
Hekk talab bħala bniedem Kristu Sidna
U f’ismu ’l Alla nlissnu Huwa jridna.
Rit:
Hawn jien Mulej ġej biex nagħmel ir-rieda tiegħek
Hawn jien Mulej lest li nagħmel ir-rieda tiegħek
Hawn jien Mulej jiena ġejt biex naqdik u nobdik.
F’idejk Missier nintreħa jiena
Agħmel biss li r-rieda tiegħek
Ġo fija sseħħ
U fil-ħlejjaq illi ħlaqt ħa jtuk il-glorja
Ma nixtieq xejn aktar minn dan
O Missieri għażiż
It-talba ta’ Bin Alla lejn min bagħtu
Bil-qima lil Missieru ejjew nagħtu Rit:
F’idejk Missier jien nitlaq ruħi
Nagħtihielek kollha mħabba
Li f’qalbi ssib
Għax inħobbok jien
Għalhekk inħoss il-ħtieġa
U nintelaq għal kollox f’idejk
B’kunfidenza bla tarf
Dan l-eku tal-offerta ta’ Bin Alla
U bħalu ’l Alla ntennu din it-talba. Rit:
|
|
| |
Website: www.iktusmalta.org Copyright: Copyright