Scores
SCORE
 
Video
 

224. Ħenn għalija, ħenn għalija

O Ġesù tal-akbar ħniena,
Isma’ talbi, kun ħanin;
B’sogħba kbira qalbi mnikkta
Għal dnubieti wisq kefrin.

Rit:
Ħenn għalija, ħenn għalija,
O Ġesù, żgur qatt ma nżid;
Iżda nħobbok b’qalbi kollha
Ħajti kollha jiena rrid.

Twissijietek kollha mħabba,
B’baħar dija ta’ kull ġid,
Taħt riġlejja rfist bħal kieku
Ma kontx tiegħi Int is-sid. Rit:

Lilek, għajn tal-hena kollha,
Sid ta’ kollox, jien warrabt.
Biex jaħasra biss il-frugħa
Flok tjubitek jien ġarrabt. Rit:

Alla tiegħi jien sammartek
B’qalb wisq kiefra ma’ salib,
Waqt li Inti bqajt iżżommni
F’qalbek b’għożża ta’ ħabib. Rit:

Kliem ta' K. Farrugia fuq mużika ta' G. B. Pergolesi

 

Żmien Liturġiku

Randan

Website: www.iktusmalta.org Copyright: Copyright