CHORDS SCORE |
23. Alla Missier
Alla missier il-bnedmin kollha
Bħal aħwa ejjew inħobbu lilu,
Huwa biss fuq kulħadd.
Fuq il-ħajja, fuq ix-xemx, fuq il-ħolqien.
Iva, għaliex Alla hu mħabba bla qies.
Kull wieħed minna maħbub minn Alla
Għalhekk aħna ngħixu għal din l-imħabba
Li tgħaqqadna flimkien - ħaġa waħda
Mal-Missier u ma’ xulxin.
Iva, għaliex Alla imħabba bla qies.
Bħal aħwa ningħaqdu b’tama kbira fih.
Nibqgħu f’din il-għaqda
Ngħixu din l-imħabba.
Għaliex hu fuq kulħadd
Fuq il-ħajja, fuq ix-xemx, fuq il-ħolqien.
Iva, għaliex Alla hu mħabba bla qies.
Alla huwa mħabba u libertà
Alla huwa mħabba u verità
Alla huwa mħabba u unità
Aħna rridu ngħixu dan l-ideal
Qatt ma se nħallu dan l-ideal. Qatt.
|
Silvio Russo © Citta Nuova 1968
Addattata għall-Malti mill-oriġinali "Dio e' Amore"
|
| |
Website: www.iktusmalta.org Copyright: Copyright