254. Ikun li trid Int

Arahom ġejjin bħal klieb imgħaddbin
Bil-bsaten u l-għodda
Tal-qtil mgħobbijin
Is’ aħrab, Ġesù.
Arahom waslu qrib, hawn huwa l-ħabib
Is’ aħrab, int tafu dal-bniedem x’inhu
Is’ aħrab, Ġesù.
Ma naħrabx
Mar-rieda ta’ Missieri ma nilgħabx
Hawn jien, imbeżża’ w għajjien
Missier, kun ħanin
Warrabli minn fuqi dal-kiefer destin.
’Ma mhux li rrid jien,
Imbeżża’ w għajjien
Għax dgħajjef il-laħam u jċedi malajr.

Rit:
Ikun li trid int, ħa jseħħ il-ħelsien
Li fassal Missieri
Min ewl il-ħolqien. x2

Hawn jien,
Sawwatni, aħqarni, għakkisni, sallabni. Rit:

Manwel Mifsud © 2002 Manwel Mifsud

 

Tema

Via Sagra

Website: www.iktusmalta.org Copyright: Copyright