CHORDS SCORE PPT |
259. Il-jiem ta’ Elija
(Days of Elijah)
Dawn huma l-jiem ta’ Elija
Ħa nxandru x’qed jgħid il-Mulej
U s-sedqa qed nerġgħu narawha, ċara
Bħal żmien Mosè il-qaddej
U għalkemm ngħixu dal-ġranet ta’ prova
Ta’ ġuħ u ta’ dalma u ta’ sejf
Hawn xorta leħinna fix-xagħri jidwi
Ħejjulu it-triq lill-Mulej.
Rit:
Arawh, hu ġej, riekeb fuq is-sħab
Jiddi qisu x-xemx
Xħin it-tromba ddoqq
Għajtu lkoll,
“Din is-sena tal-Ġublew”
Minn ġebel Sijon fidwa nistennew.
Dawn jiem Eżekjel il-profeta
Għax l-għadam jitlaħħam irid
U dawn huma l-jiem
Tas-serv tiegħek, David
B’tifħir jitla’ t-tempju mill-ġdid
U dawn huma l-ġranet fejn naħsdu
L-għelieqi ġa bojod bil-ġnus
U aħna ġol-għalqa tad-dwieli, naħdmu
Inxandru l-Kelmiet tal-Mulej. Rit: |
Addattata għall-Malti minn Joe C. Aquilina
|
| |
Website: www.iktusmalta.org Copyright: Copyright