Chords
CHORDS
 
Video
 

276. Imħabba bis-sens

Missierna tas-sema tant ћabbna
Meta tana lil Ibnu l-waħdien
Biex isir wieħed minna w jgħix fostna
U joffrilna mid-dnub il-ħelsien.
Bagħtu jonqox imħabbtu fi qlubna
Li tibdilna ilkoll f’ħolqien ġdid
Biex fih nagħrfu kif ngħixu ta’ aħwa
Mingħajr firda; ta’ vera ulied.

Rit:
Ħobbu lil xulxin,
Kif ħabbejtkom jien
Wasslu din l-imħabba
Fil-qlub tal-bnedmin
Kunu xhieda tiegħi
Fost ħutkom kullimkien
Uruhom kif l-imħabba
Tagħtihom il-ħelsien.

Għadda fostna jxandar il-maħfra
U ifarraġ il-qalb tal-muġugħ
Kien id-Dawl illi dawwal id-dinja
Sar il-Ħobż illi jaqta’ kull ġuħ.

Tana Ġismu u Demmu sal-aħħar
Fuq salib, hemm fuq l-għolja merfugħ
Biex imħabbtu naraw issa fejn twassal
Ta’ kull darba li aħna niċħduh. Rit:

Tana l-qawwa biex ngħixu fid-dinja
Bħall-appostli nhar Għid il-Ħamsin
Mingħajr biża’ inħabbru li Kristu
Hu biss jagħti l-vera ħelsien.

Dik imħabbtu issir imħabbitna
Li tgħaqqadna f’qalb waħda flimkien
Tgħinna nibnu flimkien dinja ġdida
Sabiex ngħixu tassew ferħanin. Rit:

Br. Frederick Scerri © 2008 D-Xtremes

 

Tema

Varji

Website: www.iktusmalta.org Copyright: Copyright