CHORDS SCORE |
281. Infaħħrek mal-ħolqien
Rit:
Infaħħrek Mulej mal-ħolqien.
Infaħħrek Mulej kullimkien.
M’għandix kliem fuq fommi,
O Mulej,
Ħa nfaħħrek f’li kien u f’li ġej.
Max-xemx ta’ filgħodu li ssebbaħ il-jum;
Infaħħrek Mulej ta’ kuljum.
Mal-qamar u l-kwiekeb il-wens ta’ bil-lejl;
Infaħħrek, infaħħrek Mulej. Rit:
Mal-ikħal tas-sema, mal-fjuri tal-ġnien;
Infaħhrek Mulej mal-ħolqien.
Mas-sħana sajfija, max-xitwa tal-ksieħ;
Infaħħrek Mulej, nagħtik ġieħ. Rit:
Mal-aħdar tas-siġar mas-silġ fuq l-għoljiet;
Infaħħrek mal-ilma tal-wied.
Mal-fqir u mal-għani maż-żgħir u max-xiħ.
Infaħħrek fis-saħħa u fl-uġigħ. Rit: |
P. Ġorġ Zammit OFM Conv.
|
| |
Website: www.iktusmalta.org Copyright: Copyright