Chords
CHORDS
 
Available from KDZ office
SCORE
 

283. Infaħħru lil Marija

Infaħħru lil Marija
L-omm t’Alla u tal-bnedmin
Ngħannulha l-isbaħ għanja
Bil-ferħ ta’ qlub safjin.

Rit:
Marija omm ħanina
Minn qalbna nitolbuk
Għallimna dejjem iżjed
Ta’ wliedek inħobbuk.

Int l-isbaħ fost il-ġilji
Li jgħammru fil-widien
Il-ġmiel tal-bjuda tiegħek
Hu l-għaxqa ta’ kull żmien. Rit:

Il-vjola l-iżjed ħelwa
Li tfewwaħ ħdejn is-sies
Hi xbieha l-iżjed ċkejkna
Ta’ rżintek mingħajr qies. Rit:

M’hemmx warda ġewwa l-ġonna
M’hemmx kewkba fis-smewwiet
Li ġmielhom int ma tisboq
Ja omm tal-imħabbiet. Rit:

Int tgħaġġeb bi qdusitek
Kemm anġli u qaddisin
Sultana isellmulek
Bi ġmielek imgħaxxqin. Rit:

J. Cruger Addattata għall-Malti minn Dun Frans Farrugia

 

Tema

Marjani

Website: www.iktusmalta.org Copyright: Copyright