Ħdejn Fatima dehret l-Omm tagħna Marija,
Liċ-ċkejkna tliet rgħajja, tfal safja w għaqlija.
Rit:
Ave, Ave, Ave Maria x2
“Sinjura Żagħżugħa” imdawra bid-dija,
Bil-ġmiel u bil-ħlewwa tas-sema mogħnija.
Rit:
Ilbiesha bajdani, jgħattilha riġlejha,
Kuruna sabiħa, imdendla f’idejha. Rit:
“Min fejn inti ġejja?”, staqsietek Luċija :
“Is-Sema pajjiżi”, weġibt, o Marija. Rit:
Għidtilhom jitolbu g ħall-midneb, għall-ħati
Biex jibdel fis ħajtu, u le jmur ibati. Rit:
Dik Qalbek urejthom bil-Grazzja mimlija
Bl-imrar u bin-niket, tal-ħżiena mifnija. Rit:
Int ridthom ibatu, sabiex ipattulek
Għal dik il-moħqrija li l-kiefra jagħmlulek. Rit:
L-infern Int lemmaħthom w urejthom il-ħżiena
Ibatu għal dejjem, bla tama ta’ ħniena. Rit:
|
Kastigi tal-biża’, mort Inti tħabbrilna,
Li mħabba ħtijietna, ilkoll jistħoqqilna. Rit:
B’dan fina ridt tqanqal mibegħda għall-ħtija,
Li magħha ġġib fuqna hemm, biki w tbatija. Rit:
Biex minnhom neħilsu bil-qawwa ta’ talbek,
Iwaqqaf ried Alla, il-qima lejn Qalbek. Rit:
Għemil ta’ tpattija, int tlabtna nagħmlulek
Biex qalbek imnikkta, bl-imħabba nfarrġulek. Rit:
Biex żgur issalvana
Omm Alla u Sidtna
Kull jum ir-Rużarju ngħidulek int ridtna. Rit:
Kappella sabiħa, għidtilna nibnulek
Fejn ismek kif jixraq l-Insara jfaħħrulek. Rit:
“Teħtieġ penitenza”
Int fl-aħħar wissejtna;
Hekk biss jistħoqqilna il-ħniena li wrejtna. Rit:
O Sidt tar-Rużarju, o ħelwa, o pija.
Għas-sema mexxina,
Omma tagħna Marija. Rit: |