|
314. It-tielet waqgħa
Rit:
Naqr’ oħra u nasal, Missieri stennieni
Naqr’ oħra u nasal,
Lejn xewqtek qalbieni.
Missier x’sejjer nagħmel?
Il-quċċata qrib,
Biss saħħti ġġarrfet għax tqil is-salib. Rit:
U ħafna qed jgħajtu, li l-ħtija hi tiegħi.
Min sejjer jifhimni? Missier ibqa’ miegħi. Rit:
Agħtini l-għajnuna li nqum minnufih
U għar-rieda tiegħek nintreħa bis-sħiħ. Rit: |
Therese Cassar © 1977 Therese Cassar
|
| |
Website: www.iktusmalta.org Copyright: Copyright