Il-paċi għandha żifna
Ma jiżfinhiex kulħadd;
Ippruvaw il-kbar, ippruvaw iż-żgħar
L-għorrief ma waslu qatt
U lili ġew staqsewni:
“Għaliex fil-qalb m’hemmx sliem?”
Għax dik hi frott il-ġenna
U mhux tpaċpiċ u kliem.
Shalom, il-paċi miegħek
Nixtieq l-isbaħ xewqat,
Xewqat ta’ ferħ u hena
Fil-moħħ, fil-fomm, fil-qalb.
U l-pass ta’ din iż-żifna
Tgħallmuh ħafna bnedmin;
Stennew għalxejn il-ferħ tal-art
Insew ’l Alla ħanin.
Għax tabilħaqq il-Paċi
Trid tiġi mis-smewwiet,
U bil-mod tiġi f’qalbek
U ddewqek il-ħlewwiet.
Shalom, il-paċi miegħek
Nixtieq l-isbaħ xewqat,
Xewqat ta’ ferħ u hena
Fil-moħħ, fil-fomm, fil-qalb. |
Qaluli b’raġel twajjeb
Ġesù minn Nażaret,
Ġie jgħallem din iż-żifna
Li fil-qalb tnissel il-ferħ.
Qal: “jiena ġejt mis-sema
Biex lilkom nagħti s-sliem,
U s-sliem li ntikom jiena
Ma jispiċċax maż-żmien.”
Shalom, il-paċi miegħek
Nixtieq l-isbaħ xewqat,
Xewqat ta’ ferħ u hena
Fil-moħħ, fil-fomm, fil-qalb.
Biex issib mistrieħ f’ħajtek
U tgħid jien għandi s-sliem;
Taħsibx fuq għada, aħseb illum
Il-bieraħ kien li kien.
Tixtieqx li kont ħaddieħor
Tfittixx li ttir ’il bogħod,
Kull pass agħmlu bil-għaqal
Iżfnu bil-mod il-mod.
Shalom, il-paċi miegħek
Nixtieq l-isbaħ xewqat,
Xewqat ta’ ferħ u hena
Fil-moħħ, fil-fomm, fil-qalb.
|