319. Jekk trid timxi warajh

Rit:
Jekk trid timxi warajh
Ħalli ’l qraba u ’l tad-dar
Ħalli wrajk ix-xbieki
U d-dgħajjes fuq ix-xatt.
Ħalli ż-żrieragħ li int żrajt
Ħalli l-frott li int ħsadt
Ħalli ’l ħbiebek li int tgħożż
W imxi warajh.

L-ilpup għandhom l-għerien
U l-għasafar il-bejtiet
Imma bin il-bniedem
M’għandux post għall-kenn.
Ma jwegħedx ħajja komda
Ma joffrilekx il-ġid
Iżda fih tabilħaqq issib il-ferħ. Rit:

Jekk int timxi warajh
Ħalli t-toroq qodma warajk.
Erfa’ s-salib li jtik għal għonq it-triq.
Jekk tħossok taqta’ qalbek
Jew forsi xogħol għal xejn,
Il-Missier ikun fl-aħħar jistenniek. Rit:

 

 

Tema

Varji

Website: www.iktusmalta.org Copyright: Copyright