CHORDS SCORE |
337. Jien nadurak bil-qima
Jien nadurak bil-qima,
Alla, li tinsab,
Moħbi hawn quddiemi
Taħt dawn ix-xbihat.
Lilek qalbi kollha
Hawn f’riġlejk nagħtik;
Meta naħseb fuqek ħsiebi nitlef fik.
L-għajn l-idejn, it-togħma
Lilek ma jħossux:
Iżda biss b’li smajna
Għala ma nemmnux?
Nemmen li qalilna l-Iben tal-Mulej;
Xejn mhu iżjed minnu
Mill-kliem tal-Feddej.
Man-natura t’Alla
Li fuq salib ħbejt,
Hawn suriet il-bniedem
Taħt il-ħobż għattejt.
Bniedem Alla nemmnek
Nistqarr bla tlaqliq;
Nitlob, żgur li naqla’ niedem bħall-ħalliel
Bħal Tumas il-ġrieħi
Jiena ma nilmaħx;
Iżda Mulej u Alla
Nagħrfek ma nibżax;
Dejjem iżjed saħħaħ dan twemmini fik,
Kattar fija t-tama, tgħix imħabbti bik. |
S. Tumas T'Akwinu
|
| |
Website: www.iktusmalta.org Copyright: Copyright