CHORDS SCORE |
338. Jien nemmen f’Ġesù Kristu
(I believe in Jesus)
Jien nemmen f’Ġesù Kristu
Illi huwa l-Iben t’Alla l-ħaj
Jiena nemmen fih li miet u qam
U li patta għalina lkoll.
Nemmen li huwa fostna
F’nofsna llum jinsab
U b’setgħa kbira jaħfrilna
B’qawwa jtina l-fejqan.
Jien nemmen fik Mulejja
Illi inti l-Iben t’Alla l-ħaj
Jiena nemmen fik li mitt u qomt
Li pattejt għalina lkoll.
Nemmen li inti fostna
(nemmen li inti hawn)
F’nofsna llum tinsab
U b’setgħa kbira taħfrilna
(qed taħfrilna tassew)
B’qawwa ttina l-fejqan.
|
Addattata għall-Malti minn Joe C. Aquilina
|
| |
Website: www.iktusmalta.org Copyright: Copyright