SCORE |
340. Jiena nemmen
Jien nemmen, Ġesù tiegħi,
Li ltqajt fija l-ġisem tiegħek
U d-demm tiegħek: għajn ta’ paċi,
L-egħżeż ġid fuq dina l-art.
Jien inqimek ġewwa sidri
Inti l-akbar hena tiegħi;
Int jistħoqqlok kull foħrija,
O Mulej, nittama fik.
Jien nħobbok, Ġesù twajjeb!
Inti taf li jien inħobbok.
Għinni nħobbok dejjem iżjed.
Qalbi kollha rrid nagħtik!
Niżżikħajr, Mulej, minn qalbi
Talli ġejt illum ġo fija;
Niżżik ħajr tal-grazzji tiegħek,
Issa u dejjem o Ġesù.
|
Bro.Henry FSC & Dun Karm Scerri
|
| |
Website: www.iktusmalta.org Copyright: Copyright