SCORE |
353. Kemm togħġobni
Kemm togħġobni d-dar tiegħek, o Alla,
F'baħar hena hawn qalbi tistrieħ.
Aħjar siegħa għad-dell tiegħek
Minn għomor
Qalb il-frugħa ta' dinja bla gieħ.
Hawn int lili, Ragħaj tajjeb, tiragħni,
F'mergħat għonja bis-sewwa qaddis;
Hawn tqawwini b'dak l-ikel tas-sema,
Li jwaħħadni ma' Ibnek l-għażiż.
O! ħa tidwi d-dar tiegħek, Mulejja,
Bl-isbaħ għana tal-aqwa tifħir;
Ħa twassal quddiemek Demm Ibnek
Li ried Vittma għal sebħek isir. |
Dun Karm Farrugia u Dun Gwido Calleja
|
| |
Website: www.iktusmalta.org Copyright: Copyright