SCORE |
365. Kristu qam mill-mewt
Rit:
Kristu qam mill-mewt,
Kristu jsaltan ħaj, Alleluia!
1.
Lil Kristu tal-ħlejjaq is-Sid u s-Sultan
Rebbieħ fuq il-mewt
B’qawwietu, setgħan,
Ngħannu għalenija; glorja u foħrija. Rit:
2.
Lill-Ħaruf t’Alla, li b’Demmu naddafna,
Tad-dinja d-dnub ħassar
F’qawmienu saħħaħna.
Ngħannu għalenija: glorja u foħrija. Rit:
3.
Mal-Anġlu li jgħasses il-qabar miftuħ,
Li juri lin-nisa l-post fejn qegħduh,
Ngħannu għalenija: glorja u foħrija. Rit: N.B. Il-Hames strofa tinghad f’Jum it-Tlugh ta’ Gesù fis-sema flok dik ta’ qabilha.
4.
Mat-tnejn minn tax-Xirka li jibqa’ riduh
U xħin il-ħobż qasam
Inxtegħlu w għarfuh
Ngħannu għalenija: glorja u foħrija. Rit:
5.
Mal-ħdax li fuq l-għolja jintrefa’ lemħuh
W Imħallef l’għad jiġi
Għarfuh u emmnuh,
Ngħannu għalenija: glorja u foħrija. Rit:
6.
Lir-Ragħaj, Feddej tagħna, li qam mill-imwiet,
Dawl, Ħajja u Sewwa,
It-Triq tas-smewwiet,
Ngħannu għalenija: glorja u foħrija. Rit:
|
P. Alfons M. Sammut OFM Conv. & Dun Karm Scerri
|
| |
Website: www.iktusmalta.org Copyright: Copyright