CHORDS SCORE |
366. Kull ħin imbierek Ismu
Kull ħin imbierek ismu,
Tifħiru dejjem f’fommi;
Ruħi tiftaħar fil-Mulej,
L-umli jisma’ kelmtu,
Il-miġruħ jimtela bil-ferħ:
Ejjew flimkien ħa ngħannu lill-Mulej.
Rit:
Imbierek Int Mulej
Għal dejjem ta’ dejjem; fittixtek,
Weġibtni u ħlistni mit-tiġrib.
Imbierek Int Mulej
Għal dejjem ta’ dejjem,
Ejjew flimkien
Ħa ngħannu lill-Feddej.
L-anġlu tiegħu jgħasses
Madwar dawk li jibżgħu minnu
Biex jeħlishom mit-telfien.
Minkejja l’hawn il-ħażen,
It-tajjeb ma jonqosx;
Ejjew flimkien ħa ngħannu lill-Mulej. Rit: |
|
| |
Website: www.iktusmalta.org Copyright: Copyright