Chords
CHORDS
 
Scores
SCORE
 
Powerpoint
PPT
 
Midi File
Midi
 

370. La tibża’ xejn

Int għad taqsam deżert għeri
Iżda mhux ser tmut bil-għatx.
Jekk titbiegħed jien inħarsek
Anke jekk ma tafx it-triq.
Barranin jisimgħu dak li tgħid
U tara kif jifhmuh.
Għad tara ’l Alla l-ħaj u tgħix.

Rit:
La tibża’ xejn
Dejjem quddiemek miexi
Nimxu flimkien, fija ssib mistrieħ.

Jekk int timxi fuq il-ħalel
Int f’dal-baħar ma tegħriqx.
Jekk int tgħaddi minn fost in-nirien,
Ma jiġrilek xejn.
Jekk issib ma’ wiċċek bieb l-infern
U l-mewt tkun resqet lejk.
Af li jien inkun hemm ħdejk fil-ħin. Rit:

U mberkin intom il-fqar
għax saltnati tagħkom hi.
Imbierek min qed jibki llum
għax għad jidħak mill-ġdid.
Jekk mibegħda u żebliħ taqilgħu
Minħabba fija dan,
Tkunu, tkunu imberkin! Rit:

Bob Dufford SJ/St. Louis Jesuits © 1975 OCP
Addattata għall-Malti minn Bernard Mallia SJ

 

Tema

Varji

Website: www.iktusmalta.org Copyright: Copyright