371. La tibżax

Kemm-il darba tħossok waħdek
U ħabib ma ssib imkien
La tibżax, għalkemm leħni ma tismax
Kemm-il darba taqta’ qalbek
Li xi darba ssib is-sliem
Erfa’ għajnejk
Ibqa’ ftakar dan il-kliem.

Rit:
M’intix waħdek
Għax jiena miegħek
Jien il-ħatar u l-għasluġ tiegħek
Qum u la tibżax
Jien ma nitilqek qatt.
Jekk it-triq hi tant mudlama
Illi tħossok miexi fl-għama
Jien hemm inkun biex jekk taqa’ ngħinek tqum.

Meta tħoss id-dnub itaqqlek
U ma tista’ ddur imkien
La tibżax, jekk tinħeles, ma tistax.
Għax imħabbti tkeċċi l-biża’
U fi mħabbti ssib ħelsien
Fejn hu dlam
Ifeġġ dawl ma’ kullimkien. Rit:

La tibżax. x3

Andrew Cauchi © Andrew Cauchi 2002

 

Tema

Varji

Website: www.iktusmalta.org Copyright: Copyright