Video
 

372. L-agunija u l-mewt

Kollox mitmum, jum wara jum
Għamilt kulma ridt inti
U llum, il-pjan tiegħek maħdum.
U għalija s-solitudni
Għalija l-ingratitudni
Għalija s-swat, il-bżieq, il-mewt!
Alla tiegħi għaliex tlaqtni?
Ismagħha l-isfida tal-bniedem ħażin
Missier, kun ħanin,
Warrabli minn fuqi dal-kiefer destin.
Jiġini bħalissa li nsejjaħ lill-anġli
Ħa jiġu bil-qtajja’
Joħduni, jwarrbuni minn hawn
U jħarbtu, jeqirdu lil dawn!
’Ma mhux li rrid jien imbeżża’ w għajjien
Għax dgħajjef il-laħam u jċedi malajr.

Rit:
Ikun li trid int, ħa jseħħ il-ħelsien
Li fassal Missieri
Min ewl il-ħolqien. x2

Hawn jien, sawwatni, aħqarni,
Għakkisni, sallabni
F’idejk o Mulej, nerħi ruħi.

Manwel Mifsud © 2002 Manwel Mifsud

 

Tema

Via Sagra

Website: www.iktusmalta.org Copyright: Copyright