|
381. L-ewwel waqgħa
Jien naf bniedem b’saħħtu
Li jaqa’ kuljum
’Mma b’rieda qawwija
Kuljum jerga’ jqum.
Jien naf bniedem tajjeb
Li jidneb kuljum
’Mma b’rieda qawwija
Jqum bla ma jdum.
Is-saħħa tal-bniedem
Moħbija ġo fih
Xħin jaħseb li għejja
Dlonk terġa’ tiġih.
Is-saħħa mir-rieda
U r-rieda bla tmiem
Sultana tal-wisa’
Sultana taż-żmien.
Ruħ tiegħi imnikkta
Isa agħmel il-qalb
U ’ekk qatt tħossok togħtor
Iftakar fit-talb.
|
Manwel Mifsud © 2002 Manwel Mifsud
|
| |
Website: www.iktusmalta.org Copyright: Copyright