Chords
CHORDS
 

382. L-għanja tal-għaqda

Ftaħna t-toroq tagħna beraħ
u żejjinna djarna wkoll
Biex int terġa’ timxi fostna
U tagħrafna lkoll ilkoll.

Qtajna l-palm il-ġdid mill-ġonna
Ħa nsellmulek int w għaddej
Fommna nħall biex b’din l-Osanna
l-isbaħ merħba ntuk Mulej.

Rit:
Osanna, Osanna
Imbierek min ġej f’isem il-Mulej. x2

Ibqa’ ħdejna biex il-baħar
Terġa’ ssikktu meta jqum.
Mexxi d-dgħajsa tqila tagħna
Lejn ix-xatt sa tmiem il-jum.

Erġa’ rodd is-saħħa ’l-morda
Erġa’ farraġ ’l-imnikktin
Erġa’ aħfer lill-midinba
Erġa’ qajjem lill-mejtin. Rit:

Idħol magħna ġewwa djarna
Aħdem magħna b’dawn l-idejn
Kul mill-mejda li ħejjejna
Qrqod magħna dan il-lejl.

Itla’ magħna l-għolja tqila
Aqa’ magħna tul it-triq
Egħreq magħna dan il-għaraq
Olfoq magħna dan l-ilfiq. Rit:

Itlob magħna t-talb imweġġa’
Ħoss ġo għadmek il-weġgħat
Nixxi magħna d-demm u l-ilma
Bati magħna t-tliet sigħat.

Għasses sewwa l-qabar tagħna
Sa ma r-raqda tagħna ddum
U qajjimna kif qomt inti
Maż-żerniq tat-tielet jum. Rit:

Oliver Friggieri & Vince Fabri © 1990 Vince Fabri

 

Waqt Liturġiku

Dħul
 

Tema


Website: www.iktusmalta.org Copyright: Copyright