Chords
CHORDS
 
Scores
SCORE
 

391. Lil Ġesù Sultan

O Ġesù Sultan, o Ġesù maħbub
Ġbartna hawnhekk
Lilna lkoll li wrajk mexjin
Radd il-ħajr nagħtuk
Li ħerġin minn hawn twajbin
U b’imħabbtek mimlijin.

O Ġesù Sultan, o Ġesù rebbieħ
Fuq id-dnub
Li jifridna minn xulxin
Radd il-ħajr nagħtuk
Li ħerġin minn hawn safjin
Minn ħtijietna meħlusin.

O Ġesù Sultan, o Ġesù glorjuż
Qridt il-mewt
Li tjassarna, imsejknin
Radd il-ħajr nagħtuk
Li ħerġin minn hawn ħajjin
Bik u b’kelmtek imsaħħin.

O Ġesù Sultan, o Ġesù Feddej
Tajtna Omm
Sabiex tgħinna, imġarrbin
Radd il-ħajr nagħtuk
Li ħerġin minn hawn henjin
Lilha nħobbu tul is-snin.

Chris Christensen. Addattata minn Dun Mikiel Galea

 

Tema

 

Żmien Liturġiku

Avvent
Għid

Website: www.iktusmalta.org Copyright: Copyright