Chords
CHORDS
 
Available from KDZ office
SCORE
 

396. Lilek kull tifħir

Dan hu t-tifħir tagħna
Infaħħruk, ismagħna
Isma’ l-għajjat tagħna merfugħ lejk.
Lejk ilkoll flimkien
Hawn u kullimkien
Isma’ t-tifħir tagħna merfugħ lejk.

Rit:
Lilek nagħtu ġieħ Int li ħriġt rebbieħ
Lilek kull tifħir
Tagħna dan hu d-dmir
Li nqimuk flimkien
Ngħannu bla waqfien
Alla kbir setgħan
Sliem u ġieħ, Sultan, lilek kull tifħir.

Dan il-poplu jqimek
Jgħolli ’l fuq tifħirek
Isma’ l-għajjat tagħna merfugħ lejk.
Glorja u ġieħ jixraqlek
Hawn bi sħiħ ifaħħrek
Isma’ t-tifħir tagħna merfugħ lejk.

Fr. Karm Debattista mssp © 2005 Karm Debattista mssp

 

Tema

Tifħir

Website: www.iktusmalta.org Copyright: Copyright