CHORDS SCORE |
409. Ma jistħoqqlix Mulejja
Ma jistħoqqlix Mulejja
Li tiġi għandi llum
Iżda għid biss kelma waħda
U ruħi tfiq u tqum.
Ejjew intom li tbatu
Ejjew kulu bil-ferħ
Dal-ħobż li ġie mis-sema
Li jtikom saħħa u serħ.
Ġesù nagħtik kull qima
Int vittma u kbir qassis
Il-ġisem u d-demm tiegħek
Sar ikel wisq għażiż.
O Sagrament imqaddes
O Sagrament divin
Kull radd ta’ ħajr foħrija
Minn qalbi ntik kull ħin
|
Addattata għall-Malti minn Bro. Henry FSC fuq melodiija Ingliża
|
| |
Website: www.iktusmalta.org Copyright: Copyright