422. Marija nixtiequ nħobbuk

Rit:
Marija, Marija, Marija, Marija

Tiegħek aħna lkoll, lilek xtaqna nħobbu
Bħalma ħadd s’issa ma ħabbek qatt
Tiegħek aħna lkoll, lilek nixtiequ nħobbu
Bħalma ħadd s’issa ma ħabbek qatt

Miegħek fit-triq tiegħek
Il-mixja tagħna hi żgura
Miegħek kull pass iwassalna
Għall-għan tagħna
Ukoll xħin jibda jidlam
Inti tkun qrib tagħna
Int tibdel kull biża’ tagħna
Fiċ-ċertezza ... Ave Marija. Rit:

Nixtiequ li aħna nkunu
Tal-ward kuruna tiegħek
Kuruna ta’ ħafna wlied kollha tiegħek
U hekk int terġa’ fid-dinja
Tkun fost il-bnedmin permezz tagħna
Bħal għanja b’tifħir u ħlewwa
Mingħajr tmiem ... Marija. Rit:

© Gen Verde Addattata għall-Malti mill-oriġinali
"Maria vogliamo Amarti".

 

Tema

Marjani

Website: www.iktusmalta.org Copyright: Copyright