CHORDS SCORE |
425. Megħjun miċ-Ċirinew
Inti li inti midneb oqgħod għarkupptejk
Ħares ftit madwarek
Ara min hu għaddej
Għaddej Ġesù l-Feddej
Liebes libsa ta’ kuljum
Issa jgħaddi bil-bagalja
U issa jgħaddi bis-sellum. x2
Inti li inti midneb oqgħod għarkupptejk
Ħares ftit madwarek
Ara min hu għaddej
Għaddej Ġesù l-Feddej
Għall-kalvarju ta’ kuljum
Bis-salib li hi l-bagalja
Bis-salib li hu s-sellum. x2
Inti li inti midneb oqgħod għarkupptejk
Ħares ftit madwarek
Għaddej Ġesù l-Feddej
Trid tkun inti ċ-Ċirinew
U jekk jaqa’ tgħinu jqum
Tgħinu jerfa’ dil-bagalja
Tgħinu jerfa’ das-sellum. x2 |
Manwel Mifsud © 2002 Manwel Mifsud
|
| |
Website: www.iktusmalta.org Copyright: Copyright