Scores
SCORE
 

426. Messaġġ ta’ paċi u ġid

Rit:
Dan hu l-messaġġ ta’ Paċi u Ġid
Ngħixu henjin jekk nimxu id f’id.

Fil-kesħa tal-lejla
F’razzett bogħod min-nies
Kien hemm għid mill-ikbar
Kien hemm ferħ bla qies;
Ġesù ġie fid-dinja
U twieled bħall-fqar,
Mingħajr tlellix fl-għata
Imbiegħed mid-dar.

Fir-reżħa tal-lejla
L-imsejkna tarbija,
Flimkien ma’ tnejn oħra,
Ġużeppi u Marija;
Għanjiet f’dik is-sikta
Fost l-ikbar ġrajjiet,
Tal-fidwa l-kbir għaġeb
Li bagħtu s-smewwiet. Rit:

Mar l-anġlu biex ħabbar
Lir-rgħajja msejknin,
Li kienu mal-merħla
Qed jgħassu mgeddsin;
Kif qallhom li twieled
It-tfajjel mixtieq
Bil-ferħ riedu jtiru
Għal ħdejh qabdu t-triq.

Mimdud fuq ftit tiben
Iċ-ċkejken Bambin
Ried xewqtu jwasslilna,
“ħobbuni bnedmin”
U l-qtajja’ tal-anġli
Għannewha ferrieħa,
L-aħbar ta’ twelidu, xi bxara sabiħa! Rit:

Addattata għall-Malti minn P. Ġorġ Zammit OFM Conv

 

Żmien Liturġiku

Milied

Website: www.iktusmalta.org Copyright: Copyright