Chords
CHORDS
 
Scores
SCORE
 
MP3 File
MP3
 

 

430. Meta nrattbu ’l qlubna

Rit:
Meta nrattbu ’l qlubna
U nafdaw f’Alla l-ħanin
Aħna nsibu dik il-għajn
Tal-ferħ tassew.
Meta ngħollu jdejna ’l fuq
Biex infaħħru lill-Mulej
Aħna nsibu t-tama
Biex nimxu ’l quddiem.

Ġie biex jgħix u jgħammar fostna
Sabiex ngħixu fil-ħelsien.
Hu ħabbrilna s-Saltna t’Alla.
Hu jiftħilna t-triq tas-sliem. Rit:

Qatt ma jkollna d-dlam ġo qalbna
Għax Hu jkun id-dawl u t-triq;
Qatt mibegħda u qatt il-gwerra,
Iwellidna f’sema ġdid. Rit:

Hu jibdlilna il-qlub tagħna
U jsawwarna f’ħolqien ġdid;
Għad jixxotta d-dmugħ ta’ qalbna
U jwarrbilna kull tiġrib. Rit:

Author: Mr Paul Buhagiar
Composer: Mr Ernest Caruana

 

Tema

Varji

Website: www.iktusmalta.org Copyright: Copyright