SCORE |
435. Missier tal-akbar ħniena
(Healing grace)
Missier tal-akbar ħniena
Imħabbtek qatt ma tħallina
Isma’ t-talb, il-karba tal-qalb
Waqt li nersqu lejk
Dawn huma ħtijietna
Noffruhomlok kollha lejk
Uri ħniena u mogħdrija
Miss il-qlub bil-fejqan ta’ ġmiel idejk.
Eħlisna mill-passat
Waqt li nħarsu lejk
Begħedna mill-ħsarat
Għajn ta’ ħniena Int
Raġġ ta’ mħabba u fejqan
Għajn ta’ ħniena Int
’Tina mħabbtek u l-fejqan. |
Addattata għall-Malti minn Mario & Magdelen
Cucciardi
|
| |
Website: www.iktusmalta.org Copyright: Copyright