Rit:
Radd il-ħajr lilek nagħtu, o Mulej,
Li ssejħilna lkoll madwar l-artal,
Biex nistqarru il-misteru kbir tal-fidi
Li jgħaqqadna f’ġisem wieħed
Ma’ xulxin. x2
Miġburin hawn f’riġlejk
Ilkoll qalb waħda,
Biex infaħħruk b’ruħna safja
U nagħtuk ġieħ,
Qlubna ferħana flimkien
Jgħollu leħinhom,
Ħa jgħannulek mill-aktar għana ħlejju,
Jgħannulek kull tifħir. Rit:
Imxennqin u għatxana għal imħabbtek,
Għandek ġejna, ilqagħna niedma u safja,
Int il-Ħajja u fik biss it-tama tagħna,
Fik insibu l-mistrieħ u l-kenn tagħna,
Mir-rwiefen li jhedduna. Rit:
Int Mulej tagħti sens lil ħajjitna
U ħdejna tkun, magħna timxi tul it-triq,
Il-kelma tiegħek hi għajn
Li tnixxi l-ħajja,
Ħejjejthielna biex biha lkoll nitrejqu,
Bħal aħwa magħqudin. Rit:
Insebbħuk u nberkuk, o Alla tagħna,
Int ħanin u taħfrilna minn ħtijietna
Das-sagrifiċċju li sejrin noffrulek,
Flimkien m’Ibnek
Il-Vittma mingħajr tebgħa,
Jifdina u jqaddisna. Rit: |