Available from KDZ office
SCORE
 

498. O liema ferħ tas-sema
(God rest ye merry gentlemen)

O liema ferħ tas-sema
Li f’dan iż-żmien qaddis
Ġesù twieled għalina, ħelisna mit-tniġġiż
Fil-għar ġewwa maxtura
Ġieb miegħu l-hena fis
Ejjew, bil-qalb kollha
Infaħħruh, infaħħruh
Ejjew bil-qalb kollha nfaħħruh.

Fis-sema dehru l-anġli
Biex lilu jagħtu ġieħ
U ħabbru lill-ġnus kollha
Li f’dan il-lejl ferrieħ
Il-paċi l-iktar kbira lil min jittama fih
Ejjew, bil-qalb kollha
Nfaħħruh, infaħħruh
Ejjew bil-qalb kollha nfaħħruh.

Addattata għall-Malti minn Br. Henry FSC

 

Żmien Liturġiku

Milied

Website: www.iktusmalta.org Copyright: Copyright