CHORDS |
526. Qalb żagħżugħa
Rit:
Fiż-żgħażagħ it-tama
Inħarsu ’l quddiem
Lejn dinja sabiħa mibnija fis-sliem
Insewwu l-ħsara, inkattru l-ġid
Magħquda għall-ġejjieni,
Nimxu id f'id.
Bl-ilma fejjiedi l-ħxejjex tal-art
Jerġġħu għall-ħajja jiżżejnu l-ward
Hekk Alla biż-żgħażagħ qalbiena jrid
Kollox iġedded, isebbaħ mill-ġdid. Rit:
Hemm min biss igerger jintilef fil-kliem
Iħabbar tad-dinja l-qerda u t-tmiem
Iżd' aħna li qlubna bit-tama mħeġġin
Naħdmu u ngħixu bħal aħwa henjin. Rit:
Għalhekk kollha ħeġġa flimkien inkantaw
L-imrar u t-telqa mhumiex posthom haw'
Din l-għanja tal-ħajja mhix għanja tax-xjuħ
Din l-għanja ta' min f'qalbu
Għadu żagħżugħ. Rit:
|
Fr. Pierre Bonnici mssp & Fr. Karm Debattista mssp © 1998 Karm Debattista mssp |
| |
Website: www.iktusmalta.org Copyright: Copyright