SCORE |
527. Qawwi qlubna
Qawwi qlubna biex
L-ilħna minn fommna
Lejk jittajru bil-ħlewwa, ferħana,
Sabiex lilek, sultan tal-qlub tagħna,
L-ogħla qima u foħrija nagħtuk.
F’din is-Saltna rebbieħa ta’ mħabba
Żommna miegħek
Biex nibqgħu nħobbuk.
O Ġesù, kemm nitħeġġu bl-imħabba
Xħin niftakru f’dik Qalbek ħanina
Li wasslitek f’din l-art biex tifdina,
Li ħallietek fuq Għolja mislub.
La tħallix li nitbiegħdu minn ħdanek,
Saltan waħdek, Ġesù, f’dawn il-qlub.
Ibqa’ magħna biex tisma’ t-tnehida
Li minn qlubna, msejknin u għajjiena,
Titla’ ħdejk biex titolbok bil-ħniena
Biex iżżommna f’riġlejk miġburin.
Int ħarisna, Ġesù u qawwina
Biex inħallu dil-art rebbiħin. |
Dun Frans Camilleri & G. Caruana
|
| |
Website: www.iktusmalta.org Copyright: Copyright