Available from KDZ office
CHORDS
 
Available from KDZ office
SCORE
 

558. Sliem fuq din l-art
(Joy to the world)

Sliem fuq din l-art għax ġie l-Mulej
Mill-għoli tas-smewwiet
Ejjew nilqgħuh minn qalbna
Għax Alla sema’ talbna
Li jibgħat il-Feddej
Li jibgħat il-Feddej
Li jibgħat, li jibgħat il-Feddej.

Nifirħu lkoll għax ġie l-Ħellies
Biex jifdi lill-bnedmin
Ejjew ngħannu ferħana
U nqimu ’l Alla tagħna
Mal-anġli tas-smewwiet
Mal-anġli tas-smewwiet
Mal-anġli, mal-anġli tas-smewwiet.

Ġie jgħammar fl-art, sid il-ħolqien
Sultan ta’ mħabba u sliem
Nagħtuh kull ġieħ
Ngħidulu bi tbissima
Kun int Sultan tal-qlub
Kun int Sultan tal-qlub
Kun int, kun int Sultan tal-qlub.

 

 

Żmien Liturġiku

Milied

Website: www.iktusmalta.org Copyright: Copyright