CHORDS SCORE |
56. Biex nirtu s-saltna
Hawn inġbarna poplu wieħed
Biex infaħħru lil Ġesù
Il-Feddej li ħabbar Saltna lill-bnedmin
Nisimgħuh, imħeġġa,
Jistedinna nindmu u nemmnu fih
Biex inkunu wlied
Is-Saltna tas-smewwiet.
Rit:
Ħobbu ’l Alla qabel kollox
Għax Hu s-Sid ta’ kull maħluq
Ħobbu dejjem lil xulxin
Kif ħabbejtkom jien ukoll
Hekk ikollkom b’wirt għal dejjem
Din is-Saltna li ħabbart
Din is-Saltna li tħejjiet għal min iħobb.
Ġejna hawnhekk bil-għatx għall-paċi
Li jaf jagħti dan Ġesù
Is-Sultan li miet imsallab għal kulħadd
Illum ħaj jitlobna ngħixu dak li għallem
Dak li qal
Biex xi darba nirtu
S-Saltna tas-smewwiet. Rit: |
Pierangelo Sequeri
Addattata għall-Malti minn Dun Mikiel Galea
|
| |
Website: www.iktusmalta.org Copyright: Copyright